Il-25 ta’ Mejju – Il-Jum Dinji tat-Tfal Neqsin
Nhar il-Ħamis huwa l-25 ta’ Mejju, il-Jum Dinji tat-Tfal Neqsin. F’dan il-jum, in-nies u l-organizzazzjonijiet madwar id-dinja jiftakru fit-tfal neqsin u jiġbdu l-attenzjoni lejn ir-realtà tagħhom.
Taf x’għandek x’tagħmel jekk it-tifel jew tifla tiegħek jgħibu u kif iżżommhom ’il bogħod mill-periklu fil-btajjel? Hawn taħt issib ftt pariri sempliċi dwar dan.
Il-vidjows inħadmu mill-AMBER Alert Europe u minn esperti tal-Pulizija minn madwar l-Ewropa kollha. Din il-kampanja internazzjonali tgawdi l-appoġġ tar-Repubblika Ċeka, tal-Estonja, ta’ Franza, tal-Ġermanja, tal-Greċja, tal-Italja, ta’ Malta, tal-Olanda, tal-Polonja, tal-Portugall, tar-Renju Unit, tar-Rumanija, u tar-Repubblika Slovakka.